Stqarrija mill-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Foster Care fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tat-Tfal 2020

L-Assoċjazzjoni Nazzjonali Maltija tal-Foster Care bi pjaċir tirrikonoxxi d-dħul fis-seħħ ta’ liġi ġdida (l-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal (Ħarsien Alternattiv)) bl-għan li tipproteġi lill-minuri u li fost l-oħrajn tagħmilha possibbli li tfal li ma jistgħux jgħixu

mal-ġenituri tagħhom jingħataw id-dritt ta’ placement permanenti mal-familji jew persuni li qed jieħdu ħsiebhom.

Din il-liġi ssaħħaħ ukoll il-vuċi tat-tfal peress li tobbliga lil min huwa inkarigat li jiddeċiedi għalihom li jis

magħhom u jirrispetta x-xewqat tagħhom dejjem jekk dawn huma fl-aħjar interess tagħhom.

L-Assoċjazzjoni madankollu tisħaq li dawk responsabbli milli jieħdu deċiżjonijiet sinifikanti f’ħajjet it-tfal

għandhom jagħtu l-piż mistħoqq lir-rakkomandazzjonijiet tal-professjonisti u l-foster carers li jaħdmu mat-tfal għaliex dawn persuni, permezz ta’ ħidmiethom jagħtu u jsaħħu l-vuċi tat-tfal li ħafna drabi jkunu jsibuha diffiċli jitkellmu u jiftħu qalbhom f’ambjenti formali u li mhumiex familjari magħhom.

L-Assoċjazzjoni tħeġġeġ ukoll biex isir sforz akbar ħalli jinstabu aktar foster families fejn tfal li sofrew abbuż jistgħu jingħataw protezzjoni u trobbija li tixirqilhom u li twassalhom biex jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom. Għandu jkun assigurat li ebda tifel jew tifla ma jibqa’ f’sitwazzjoni ta’ abbuż sempliċiment għaliex ma jkunx hawn disponibbiltà ta’ placements.

Fl-aħħar nett, l-Assoċjazzjoni tkompli tisħaq sabiex id-deċiżjonijiet li jittieħdu f’kull livell minn dawk responsabbli, jittieħdu dejjem fl-aħjar interess tat-tfal u ta’ ħadd iżjed, kif wara kollox hu stipulat b’mod ċar fil-liġi u huwa dritt tagħhom.