Net News attenda għal din il-konferenza organizzata mill-Organizazzjoni Internazzjonali għall-Foster Care
Rappreżentanti minn 42 pajjiż minn sitt kontinenti jinsabu f’pajjiżna għall-konferenza organizzata mill- Organizazzjoni Internazzjonali għall-Foster Care. Għal din il-konferenza ta’ fama mondjali, hawn 300 professjonist, akkademiku, politiċi, u foster carers – biex jiddiskutu u jħarsu l’ quddiem biex jissalvagwardjaw l-interessi tat-tfal.
Fil-palazz tal-President fil-Belt Valletta, l-President tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali Maltija għall-Foster Care Paul Gatt qal li hu ta’ pjaċir li qed jilqa’ l-konferenza tal-IFCO għat-tieni darba f’10 snin.
Net News attenda għal din il-konferenza fejn tkellimna ma’ Daniela Douglas, li hi membru fil-bord tal-IFCO, u kif ukoll hi stess trabbiet f’familja permezz tal-foster caring:
Tkellimna wkoll ma’ Dr Daniela Zerafa dwar l-iskop ta’ din il-konferenza u kif ukoll l-istudju tagħha:
Preżenti għal din il-konferenza kien hemm ukoll Andrew Azzopardi, id-Direttur tal-Kummissjoni Ejjew Għandi:
Il-ftuħ tal-konferenza ingaħtat mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca f’ċerimonja fil-Palazz tal-President, u se tasal fi tmiema għada.