L-Assoċjazzjoni għaddejja bil-proċess li tevalwa l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) ippubblikat fl-14 ta’ Ġunju li għadda.
Għal dan il-għan ser norganizzaw laqgħa għall-membri tan-NFCAM dwar dan l-abbozz sabiex jinġabar feedback mill-membri li mbagħad jintbagħat lill-Ministru. Il-proċess ta’ konsultazzjoni organizzat mill-Ministeru jiskadi fit-30 ta’ Lulju.
Il-laqgħa se ssir il-Ġimgħa 13 ta’ Lulju fis-7.30pm, St. Patrick’s Salesian School, Triq Dun Bosco, Sliema.
Wieħed jista’ jaċċessa u jaqra l-abbozz billi jikklikkja: L-Abbozz tal-Protezjoni tat-Tfal (Ħarsien Alternattiv) jew NFCAM/Abbozz
Importanti tikkonfermaw il-preżenza tagħkom. F’każ li se ġġibu t-tfal importanti li tavżawna sal-Erbgħa, 11 ta’ Lulju biex inkunu nistgħu norganizzaw is-servizz ta’ child minding.