LAQGĦAT U DISKUSSJONIJIET
Il‑ħidma tagħna bħala kumitat kienet tikkonsisti primarjament f’li nwasslu quddiem l‑awtoritajiet tal‑pajjiż il‑problemi li tfal vulnerabbli qed jiffaċċjaw u kif il‑foster carers jistgħu jkunu mgħejjuna aktar fil‑ħidma tagħhom ma’ dawn it‑tfal. Ħdimna wkoll biex dak li nkiseb minn Kumitati preċedenti speċjalment fl‑Abbozz tal‑Liġi l‑ġdida mressqa quddiem il‑Parlament ta’ Malta mill‑E.T. il‑President M.L Coleiro Preca (li dak iż‑żmien kienet Ministru tal‑Familja u s‑Soledarjetà Soċjali) f’Marzu 2014 “Abbozz ta’ Liġi dwar il‑Ħarsien tat‑Tfal (Ħarsien Barra mid‑Dar)” ma jintilifx Għalhekk wara li f’Jannar ħa postu l‑kumitat il‑ġdid ġew miftiehma diversi laqgħat fosthom mal‑President ta’ Malta; mal‑Ministru tal‑Familja u s‑Soledarjetà Soċjali; mat‑Tmexxija tal‑Fondazzjoni għas‑Servizzi tal‑Ħarsien Soċjali u t‑tmexxija tal‑Appoġġ; mal‑Kap tal‑Oppożizzjoni u x-Shadow Minister tal-Familja; maċ‑Chairperson tal‑Kumitat Parlamentari tal‑Familja, l‑Onor Anthony Agius Decelis; u ma’ Dr. Beryl Buttigieg, l‑Avukat tal‑Ministeru tal‑Familja u s‑Soledarjetà Soċjali. Ħafna drabi huma meqjusa bħala li jappartjenu lill‑ġenituri tagħhom minflok li jiġu meqjusa bħala individwi bi drittijiet sħaħ. Għalhekk minflok li d‑deċiżjonijiet jittieħdu skont x’inhu l‑ewwel u qabel kollox l‑aħjar interess tat‑tfal, jidħlu fin‑nofs interessi oħra fosthom dawk tal‑ġenituri bijoloġiċi li sfortunatament ħafna drabi ma jkunux ħadmu biżżejjed biex tassew ikun fl‑aħjar interess tat‑tfal li jiżdied il‑kuntatt magħhom jew li jintbagħtu jgħixu lura magħhom.
ATTENDENZA FUQ IX‑XANDIR PUBBLIKU
Membri tal‑kumitat flimkien ma’ membri tal‑Assoċjazzjoni ħadu sehem f’diversi programmi kemm tat‑televiżjoni, kif ukoll tar‑radju biex titqajjem kuxjenza akbar tal‑bżonn ta’ aktar nies li lesti joffru dan is‑servizz tal-foster care b’risq tfal li ma jistgħux jgħixu mal‑familja bijoloġika tagħhom jew li l‑familji tagħhom ikunu għaddejjin minn żmien diffiċli.
KONFERENZA INTERNAZZJONALI TAL‑IFCO
L‑Assoċjazzjoni Nazzjonali Malti tal‑Foster Care irnexxielha tirbaħ id‑dritt li torganizza għat‑tieni darba l‑Konferenza Internazzjonali tal‑IFCO f’Novembru tal‑2017. It‑tema magħżula għal din il‑konferenza hija Setting Sail from a Safe Port (Insalpaw minn port sigur).resent
FONDI MILL‑MALTA COMMUNITY CHESTFUND
L‑Assoċjazzjoni tagħna irnexxielha takkwista fondi mill‑Malta Community Chestfund li permezz tagħhom fis‑sentejn li ġejjin se torganizza seminars edukattivi għall‑foster carers u professjonisti li jaħdmu fis‑settur tal‑ħarsien tat‑tfal; tippubblika set ta’ kotba għat‑tfal tal‑primarja dwar il‑foster care; tagħmel riċerka dwar l‑istat tal‑fostering u l‑bżonnijiet tal‑foster carers; tixtri kotba u DVDs dwar il‑ħarsien u terapija ta’ tfal vulnerabbli; u tipproduċi informazzjoni pubbliċitarja dwar il‑foster care.
GĦAJNUNA LILL‑FOSTER CARERS
Il‑kumitat, tul din l‑aħħa sena irċieva numru ta’ talbiet għall‑għajnuna mingħand membri tal‑Assoċjazzjoni. L‑għajnuna mitluba kienet tvarja minn talbiet għall‑informazzjoni dwar drittijiet tat‑tfal fostered u tal‑foster carers kif ukoll talbiet biex l‑Assoċjazzjoni tkun vuċi fid-diffikultajiet li jkunu qed jiffaċċjaw il‑foster carers. Il‑kumitat tal‑Assoċjazzjoni dejjem għamel dak kollu possibbli biex iwassal quddiem l‑awtoritajiet kompetenti l‑problemi li l‑foster carers ikunu qed jiffaċċjaw.
PROĠETT PILOTA – GĦAJNUNA PRATTIKA
Dan il‑proġett huwa bi sħab mal‑Università ta’ Malta, fejn studenti tas‑Social Work jagħmlu xogħol volontarju bħala parti mill‑kors tagħhom. Għalhekk, studenta tas‑social work ser tattendi b’mod regolari f’dawn il‑familji u tgħin lit‑tfal fostered f’dak li jkollhom bżonn.
IL‑LAQGĦA STRAORDINARJA
Din is-sena kienet organizzata Laqgħa Staordinarja f’Ġunju li għadda fejn kellna attendenza inkoraġġanti ta’ foster carers. Matul din il‑laqgħa dawk preżenti kienu infurmati bil‑ħidma tal‑kumitat u ġew spjegati wkoll klawsoli importanti fl‑Abbozz tal‑liġi Ħarsien Barra mid‑Dar fosthom dik li titkellem dwar il‑Permanent Fostering u t‑terminu fiss ta’ żmien li fih il‑ġenituri bijoloġiċi jkunu jistgħu jieħdu lura lit‑tfal taħt ħarsien barra mid‑dar u li hemm il-periklu li jitneħħew mill-abbozz il-ġdid ta’ din il-liġi.
TIĠDID TAS‑SĦUBIJA FL‑ASSOĊJAZZJONI
Is‑sħubija tagħkom bħala membri fl‑Assoċjazzjoni tgħinna komplu nsaħħu l-qasam tal-Foster Care u nkunu vuċi aktar b’saħħitha favur id‑drittijiet tat‑tfal vulnerabbli u tal‑foster carers li jieħdu ħsiebhom. Għalhekk nappellawlkom biex iġġeddu s‑sħubija tagħkom jew inkella billi ccemplu fuq +356 79981795. Id‑dħul ta’ €10 mill‑miżati tas‑sħubija jtaffi xi ftit l‑ispejjeż biex tinżamm għaddejja l‑Assoċjazzjoni tagħna.