ĦAJTU NBIDLET: TKELLEM QUDDIEM 400 RUĦ U ĠIE FOSTERED

Bil-fostering ħajti nbidlet mil-lejl għan-nhar.

Dan intqal minn Giulio Aquilina, li għandu tmintax-il sena u erba’ snin ilu kien ġie fostered.

Giulio spjega magħna kif huwa minn dejjem xtaq li jkun fostered, sabiex iħossu bħala parti minn familja.

Qal li huwa kien jistħi u waqt konferenza quddiem mijiet ta’ persuni wassal biex qal xewqtu: “Imma imbagħad kelli l-opportunità, li pparteċipajna ġo konferenza oħra fuq il-fostering ġo IFCO, imma internazzjonali bħal din u tkellimt quddiem xi 400 persuna, inkluż dak iż-żmien kien hemm il-President Marie-Louise Coleiro Preca u għedtilhom li ridt niġi fostered. Minn dakinhar ’l hemm beda l-proċess tal-fostering.”

Fl-intervista ma’ ONE News, Giulio Aquilina spjega kif ħajtu nbidlet wara li ġie fostered minn familja li tħobbu: “Wara dakinhar, minn erba’ snin ilu llum sirt fostered, qisni ħadt dak li ridt, fl-aħħar u ħajti nbidlet minn taħt għal fuq. Għax qabel ma kontx nagħti każ l-iskola, issa għal grazzja t’Alla qiegħed nagħmel Advanced Diploma l-MCAST u qiegħed fl-aħħar sena. Il-foster parents qed jgħinuni ħafna u jqatta’ ħafna sigħat miegħi u jgħiduli biex inġib l-edukazzjoni li rrid.”

Iltqajna ma’ Aquilina waqt il-konferenza PICK, fejn tnax-il żagħżugħ u żagħżugħa minn Malta, l-Ingilterra u l-Olanda, li lkoll għaddew minn esperjenza ta’ fostering, tkellmu flimkien u xerrdu l-esperjenzi tagħhom.

Waqt din il-konferenza tkellimna wkoll ma’ Maria Azzopardi, Maltija li sal-ewwel żmien tagħha kienet f’pajjiżna.

Marret l-Olanda u hemmhekk ġiet fostered.

Hija qalet magħna kif il-fostering taha bidu ġdid f’ħajjitha: “I’m feeling that I am helping others and it is emotional for myself, but at least I’m speaking up and to be heard of my voice.”

Waqt din il-konferenza tkellimna wkoll ma’ Ingliża, li ġiet f’pajjiżna tirrakkonta l-esperjenza tagħha: “I like to do a lot of things like this, as it is my way of raising my voice and let another people know that if you want to get in fostering or adoption and if you think about it, then it is time to do it because it changed my life and it changed many other people’s lives.”